Skip to main content
View image information & credits

Aċċess għad-Data

Copernicus jibni fuq kostelazzjonijiet ta’ satelliti li jagħmlu għadd impressjonanti ta’ osservazzjonijiet kuljum, kif ukoll fuq network ta’ eluf ta’ sensuri bbażati fuq l-art, l-arja u l-baħar biex jinħolqu l-aktar stampi dettaljati tad-Dinja. L-evoluzzjoni teknoloġika, speċjalment f’termini tad-disponibbiltà u tal-aċċessibbiltà, għamlet lil Corpernicus l-akbar fornitur ta’ data spazjali fid-dinja, u bħalissa dan jipproduċi 12-il terabyte kull jum.

Il-maġġoranza l-kbira tad-data u tal-informazzjoni li jingħataw mill-infrastruttura Spazjali ta’ Copernicus u mis-servizzi ta’ Copernicus huma disponibbli u aċċessibbli għal kwalunkwe ċittadin u għal kwalunkwe organizzazzjoni madwar id-dinja fuq bażi ta’ aċċess mingħajr ħlas, sħiħ u miftuħ. Int tista’ taċċessa s-Servizzi tad-Data u tal-Informazzjoni ta’ Copernicus permezz tad-DIAS jew iċ-Ċentri tad-Data Konvenzjonali.

 

 

Mur fid-DIAS                 Mur fiċ-Ċentri tal-Aċċess

 

 

Għodda ta’ Tiftix tal-Portafoll tas-Servizzi

 

Il-Kummissjoni Ewropea, biex tibqa’ leali lejn il-missjoni tagħha li tipprovdi benefiċċji strateġiċi, soċjali, ekonomiċi u ambjentali lill-awtoritajiet pubbliċi Ewropej u lis-soċjetà ċivili, fasslet servizz downstream imfassal apposta għall-ħtiġijiet speċifiċi tal-utenti ta’ Copernicus, biex l-aċċess għad-data u għall-informazzjoni jkun aktar faċli.

L-interfaċċa turi lista komprensiva ta’ prodotti ta’ informazzjoni u funzjonalitajiet oħra, bħall-estrazzjoni tad-data, il-manipulazzjoni tad-data u d-domandi f’approċċ sigur u faċli għall-utent, irrispettivament minn xi jkun il-profil tal-utent.