Skip to main content
View image information & credits

Tibdil fil-klima

Skopri t-Tibdil fil-Klima

 

Is-Servizz dwar it-Tibdil fil-Klima ta’ Copernicus (C3S) jappoġġja lis-soċjetà billi jipprovdi informazzjoni awtorevoli dwar il-klima tal-passat, tal-preżent u tal-futur fl-Ewropa u fil-bqija tad-Dinja.

 

Il-missjoni tagħna

Il-missjoni tas-C3S hija li jappoġġja l-politiki ta’ adattament u mitigazzjoni tal-Unjoni Ewropea billi jipprovdi informazzjoni konsistenti u awtorevoli dwar it-tibdil fil-klima. Aħna noffru aċċess mingħajr ħlas u miftuħ għad-data u għall-għodod tal-klima abbażi tal-aħjar xjenza disponibbli. Aħna nisimgħu lill-utenti tagħna u nagħmlu kull sforz biex ngħinuhom jilħqu l-għanijiet tagħhom li jindirizzaw l-impatti tat-tibdil fil-klima.

 

L-utenti tagħna

L-utenti tas-C3S jinkludu xjenzjati, konsulenti, pjanifikaturi u dawk li jfasslu l-politika, il-midja u l-pubbliku. Id-data u l-għodod tagħna jintużaw għal varjetà ta’ skopijiet, pereżempju:

CS3

 

Min aħna 

C3S huwa wieħed minn sitt servizzi ta’ informazzjoni tematika li jingħataw mill-Programm tal-Osservazzjoni tad-Dinja ta’ Copernicus tal-Unjoni Ewropea. Copernicus huwa programm operazzjonali li jibni fuq l-infrastrutturi tar-riċerka u l-għarfien eżistenti disponibbli fl-Ewropa u f’postijiet oħra. Is-C3S jiddependi fuq ir-riċerka dwar il-klima li saret fil-Programm ta’ Riċerka dwar il-Klima Dinjija (WCRP) u jirrispondi għar-rekwiżiti tal-utenti li jiġu ddefiniti mis-Sistema ta’ Osservazzjoni tal-Klima Globali (GCOS). Is-C3S jipprovdi riżorsa importanti għall-Qafas globali għas-Servizzi tal-Klima (GFCS).

 

Climate Change

 

Is-C3S jiġi implimentat miċ-Ċentru Ewropew għall-Previżjonijiet Metereoloġiċi fuq Perijodu Medju (ECMWF) f’isem il-Kummissjoni Ewropea. L-ECMWF huwa organizzazzjoni intergovernattiva indipendenti li taqdi lill-Istati Membri u lill-Istati li Jikkooperaw tagħha u lill-komunità usa’. Il-biċċa l-kbira tal-elementi tas-servizz C3S jiġu implimentati minn madwar 200 kumpanija u organizzazzjoni  madwar l-Ewropa, li jintgħażlu abbażi ta’ Stediniet kompetittivi għall-Preżentazzjoni ta’ Offerti (ITTs).

 

Kif naħdmu

Aħna nipprovdu data u informazzjoni klimatika dwar l-impatti fuq firxa ta’ suġġetti u oqsma settorjali permezz tal-Climate Data Store (CDS). Is-CDS huwa mfassal biex jippermetti lill-utenti jfasslu s-servizzi apposta għal ħtiġijiet pubbliċi jew kummerċjali aktar speċifiċi.

Il-ħidma tagħna tikkomplementa l-firxa stabbilita ta’ servizzi meteoroloġiċi u ambjentali li kull pajjiż Ewropew għandu diġà fis-seħħ. Aħna niksbu l-akbar benefiċċju mill-infrastruttura u mill-għarfien eżistenti billi ninvolvu lill-fornituri nazzjonali tas-servizzi tal-klima kif ukoll lill-komunitajiet akkademiċi rilevanti fl-implimentazzjoni tas-C3S.

Aħna naqsmu aġġornamenti dwar l-iżviluppi għas-servizz tagħna f’ħafna laqgħat u sessjonijiet ta’ ħidma, inklużi l-Assemblej Ġenerali annwali tagħna. Dawn il-laqgħat jippermettu wkoll lill-membri tal-komunità tat-tibdil fil-klima jingħaqdu f’sessjonijiet ta’ networking u brainstorming biex jikkontribwixxu għall-iżviluppi futuri tas-C3S.

Aħna noffru wkoll appoġġ tekniku kif ukoll taħriġ lill-utenti tas-CDS, fejn ngħaqqdu t-tagħlim online flimkien ma’ avvenimenti wiċċ imb wiċċ fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi madwar l-Ewropa.